SubPage Banner

News Details

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


SOS Malta f'hidma umanitarja fl-Uganda

Posted Date: 15/09/2011

maltarightnow.com - 15 September 2011 

Claudia Taylor-East minn SOS Malta bħalissa tinsab fl-Uganda fejn qed tgħin biex twassal l-ilma lil tliet skejjel tal-Primarja f'Jinja. Dan il-proġett hu ko-finanzjat mill-programm tal-Overseas Development Aid permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta' Malta u bl-appoġġ ta' diversi sponsors.

Dan il-proġett jimmira biex isir użu mill-proviżjoni tal-ilma bħala punt ta' dħul fl-iżvilupp komunitarju fl-Uganda. Permezz ta' dan il-proġett, SOS Malta qed tikkontribwixxi biex sa l-2015, tnaqqas bin-nofs il-proporzjon ta' nies li m'għandhomx aċċess sostenibbli għall-ilma tax-xorb u s-sanita'.

SOS Malta qed taħdem biex ikun hemm sistemi għall-ħażna ta' ilma tax-xita fl-iskejjel. L-organizzazzjoni mhux governattiva rrikonoxxiet ukoll li hemm bżonn reali għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet attwali tal-iskejjel infushom. SOS Malta identifkat b'mod speċifiku l-Iskola Primarja Luala f'Mbiko, skola għal 750 tifel u tifla li tinsab fi stat ħażin ħafna.

It-tim ta' SOS beda l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja Luala fil-ġimgħa li għaddiet.Il-bini prinċipali se jkun immodernizzat għal kollox u se jinkludi t-tiswija ta' tank eżisteni tal-ilma u s-sistema tal-plumbing kif ukoll l-installazzjoni ta' żewġ tankijiet ġodda għall-ħażna tal-ilma.

Minbarra l-Iskola Primarja Luala, SOS Malta identifikat ukoll żewġ skejjel oħra - l-Iskola Primarja għall-Bniet Njenga u l-Iskola Primarja Ngungo f'Jinja fejn se jsiru tiswijiet fit-tankijiet eżistenti tal-ilma kif ukoll se jkunu installati sistemi ġodda għall-ħażna tal-ilma tax-xita.

More

Quick Search