SubPage Banner

News Details

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Kunċert “Unità fid-Diversità”

Posted Date: 26/11/2012

L-Orizzont - (SameDifference)

 

Sur Editur,


Fil-Knisja Parrokkjali Sant An­na, Wied il-Għajn, dan l-aħħar ittella’ kunċert tassew stupend b’inizjattiva tal-Kor Sant Anna flimkien mal-Presbiterju tal-Parroċċa, fejn barra s-sehem tal-kor immexxi mid-Direttriċi Pat Debono bis-se-hem tal-organista Kenneth Caruana, ħadu parti wkoll diversi korijiet oħrajn.


Din l-attività kellha żewġ għa­nijiet: l-ewwel, dak li tgħaq­­qad flimkien lill-komunità permezz tal-kant, u t-tieni lill-bosta persuni li ġew joqgħodu f’din il-lokalità u li jħaddnu twemmin differenti jew mhumiex Maltin. Permezz tal-kant intweriet l-unità li għandu jkun hemm fid-diversità.

Ann Caffari ppreżentat dan il-kunċert. Dawn kienu l-korijiet u solisti li ħadu sehem: Kor Ulied Sant’Anna mmexxi minn Stephanie Caruana u Fran­celle Buhagiar bis-sehem ta’ sitt mużiċisti oħrajn, solisti Joanna Magri akkumpanjata fuq il-pjanu minn Dr Hugo Agius Muscat, u Helen And­rews li daqqet kemm il-kitarra u l-pjanu, studenti ta’ Ro­mina Vella bis-sehem tal-organista Josette Polidano, Valley of Dreams Kor Russu li joqgħod u għandhom skola f’Wied il-Għajn, immexxi minn Kristina Kergals fejn is-siltiet mu­żi­kali li kanta dan il-grupp kie­nu lkoll bl-ilsien Russu. Fl-aħ­ħar nett dawn il-korijiet ingħaqdu flimkien u kantaw “Let There Be Peace on Earth” ta’ Sy Miller u Jill Jackson.


Wara l-kunċert, dawn kollha kienu mistiednin għar-riċe­viment fejn ġie servut ikel Afri­kan. Dan sar bħala parti mill-proġett tal-Unità fid-Diversità fejn grupp ta’ Ambax­xaturi responsabbli mill-Kultu­ra ġew Malta mill-Eritrea, mis-Somalja u mis-Sudan u qegħdin iżu­ru bosta postijiet f’Malta biex jaqsmu l-ikel tagħhom mal-ko­munità lokali fosthom Wied il-Għajn.


Dan il-proġett (Same Diffe­rence) immexxi minn SOS Mal­ta hu ko-finanzjat mill-Fond Ewropew tar-Refuġjati. Prosit ta’ dawn l-inizjattivi. Inizjattivi bħal dawn iqajmu l-entużjażmu f’dan il-post. Nit­tama li jkun hemm iktar attivitajiet immirati li jgħaqqdu l-komunità kollha kemm hi.

 

 

More

Quick Search