SubPage Banner

News Details

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Kampanja ta' gbir virtwali ghal SOS Malta

Posted Date: 29/03/2011

l-orizzont

L-għaqda mhux governattiva SOS Malta nediet l-aħħar kampanja umanitarja tagħ­hom b’risq dawk il-pajjiżi li huma maħkumin mill-faqar. Iċ-Ċerpersin ta’ SOS Malta Claudia Taylor-East fissret kif din il-kampanja, bl-isem ta’ “Malta Walks For Water”, se tikkonċentra fuq it-tfal tal-Uganda.

Il-kampanja ta’ din is-sena ħadet spunt mill-kommemo­razzjoni tal-Jum Dinji għall-Ilma fit-22 ta’ Marzu, 2011. Din is-sena l-kampanja mhux se ssir fuq it-televiżjoni u r-radju imma permezz tal-Internet.

Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jidħlu fis-sit www.maltaworksforwater.org u jagħti dona­zzjoni elet­t­ronika hemmhekk.

Permezz ta’ dan is-sit, wieħ­ed jista’ jara l-prezz ta’ kull oġġett li għandhom bżonn biex jibnu l-iskejjel u l-provvista ta’ ilma nadif għall-villaġġ fl-Uganda kif ukoll il-bini ta’ skola għal 800 student.

Hi appellat lil dawk in-negozji li għandhom sit tal-Internet biex ipoġġu huma wkoll dan is-sit nazzjonali biex b’hekk il-kampanja tkun tista’ tieħu xejra nazzjonali.

Taylor East appellat ukoll lil dawn l-intrapriżi li jixtiequ jidħlu bħala sħab f’dan il-proġett biex jidħlu sħab huma wkoll.

Hi żvelat kif wara li s-sena l-oħra Vascas kienu appoġġjaw il-ħidma ta’ SOS Malta fl-Uganda, din is-sena ssieħbu wkoll l-Orienta.

Barra minn hekk, is-sit www.maltaworksforwater.org kien maħdum b’xejn minn Alert Communications. Mistoqsija dwar iċ-ċifra ta’ ġbir li kienet qiegħda timmira għali­ha, Taylor East żvelat li l-mira ta’ ġbir minn din il-kampanja ta’ ġbir virtwali kienet ta’ €50,000.

Permezz ta’ din il-kampanja, SOS Malta se tkun tista’ tipprovdi ilma sostenibbli u nadif għal skejjel u villaġġi rurali fl-Uganda.

L-iskejjel se jkunu pprovduti b’tankijiet għall-ħażna tal-ilma, bjar jew ‘boreholes’ u sistema li permezz tagħha jinġabar l-ilma tax-xita permezz ta’ kanali mwaħħlin fil-bini.

B’hekk, barra li jitnaqqas ir-riskju li jittieħed mard tras­mess mill-ilma mhux nadif, il-‘boreholes’ se jservu ta’ spin­ta għall-attendenza fl-iskejjel għax it-tfal m’humiex se jitilfu l-lezzjonijiet minħabba li jkun hemm l-ilma fl-iskejjel.

More

Quick Search